Internazzjonali

Il-Parlament Ingliż japprova Brexit

Theresa May se tinforma lill-Mexxeja tal-UE dwar l-intenzjonijiet tar-Renju Unit

L-abbozz ta’ liġi li permezz tiegħu r-Renju Unit issiġilla formalment il-vot ta’ Brexit, issa ġie approvat mill-Parlament Ingliż. Dan se jwitti t-triq sabiex Theresa May tiskatta Artiklu 50, u b’hekk ir-Renju Unit ikun jista’ jinħall mill-UE.

L-abbozz ta’ Brexit mistenni jsir liġi aktar tard illum.

Intant, sorsi qrib Westminster qed jgħidu illi Artiklu 50 mhux se jiskatta qabel il-Prim Ministru Ingliż tavża formalment lill-Kunsill Ewropew b’dawn l-iżviluppi u l-proċess kollu li se jkun qed jieħu r-Renju Unit minn hawn ‘il quddiem.

Interessanti l-fatt illi l-emenda tal-House of Lords biex jiġi garantit l-istatus ta’ ċittadini ewropej, din ġiex rifjutata bi 335 vot kontra u 287 favur.

Hu mifhum li n-negozjati dwar Brexit se jieħdu xejn anqas minn sentejn.