Lokali

Jekk tirċievi sms “ċempilli issa” tatix kasu

L-sms li qed jintbgħat bl-isem tal-persuna u li jgħidlek biex iċċempel issa
Meta tirċievi sms b'ismek u jgħidlek "call me now" l-ewwel ħsieb li wieħed jiġih f'moħħu hu wieħed ta' dubju u jekk dan l-sms jistax ikun veru u jekk hemmx xi ħadd li għandu bżonn xi għajnuna.

Għalkemm hemm min jaqa’ għalihom, in-nies hija konxja mid-diversi scams li jsiru permezz tat-telefown, sms, imejls u iktar. Madanakollu meta tirċievi sms b’ismek u jgħidlek “call me now” l-ewwel ħsieb li wieħed jiġih f’moħħu hu wieħed ta’ dubju u jekk dan l-sms jistax ikun veru u jekk hemmx xi ħadd li għandu bżonn xi għajnuna. Madanakollu, għal dawn l-aħħar ftit jiem diversi nies tkellmu, anki fuq il-midja soċjali, li qed jirċievu dan l-sms. Jekk tirċievi dan l-sms tatix kasu għax dan huwa sms meqjus bħala scam.

Netnews.com.mt tkellem mas-Cyber Crime Unit tal-Pulizija ta’ Malta. Filfatt diġà waslulhom rapporti dwar dawn l-smss. Spjegaw li dawn ir-raġuni li l-sms jintbgħat bl-isem hija minħabba li n-numru Malti jkun reġistrat fuq dak l-isem hu jkun possibbli li min jibgħat l-sms ikun sab din l-informazzjoni fuq l-internet.