Il-Forum Partit Nazzjonalista għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju fi stqarrija jinnota li l-prezz taż-żejt niżel f’livell baxx ħafna nhar it-Tnejn 13 ta’ Marzu għal dak ta’ 50 dollaru Amerikan kull barmil. Dan huwa l-aktar prezz baxx fl-aħħar tliet xhur. Il-prezz niżel 8% fl-aħħar ġimgħa biss.
Il-FSMEPN għalhekk jistenna li l-Gvern Malti jirrevedi l-prezzijiet tal-fjuwil biex jirriflettu dan it-tnaqqis fil-prezz taż-żejt, għall-gwadan ta’ intrapriżi lokali, għal dawk li jaħdmu għal rashom u l-familji Maltin u Għawdxin.
Il-FSMEPN ifakkar lill-Gvern li l-aħħar darba li ż-żejt kien b’dan il-prezz, kien lura fl-2009 u dak iż-żmien il-prezzijiet tal-fjuwil kienu 20% inqas milli huma llum.
//= $special ?>