Lokali

Mapep storiċi li nstabu fis-sotterrani ta’ Lascaris

Il-Fondazzjoni Wirt Artna għadha qed tistudja sew din is-sejba unika

Ftit tal-jiem ilu l-Fondazzjoni Wirt Artna għamlet skoperta unika fis-sotterrani tal-Belt Valletta fejn instabu mapep antiki, li għad irid jiġi stabbilit l-epoka tagħhom.

Dawn il-filmati esklussivi miġbuda f’Lascaris mill-cameraman Noel Zammit juru wħud mill-mapep storiċi illi nstabu l-ġimgħa li għaddiet.

Waqt il-programm NET LIVE fuq Net Television, iċ-chairman tal-Fondazzjoni Mario Farrugia spjega li dawn il-mapep instabu f’kamra li kienet tintuża għall-istrateġija tal-Alleati fi żmien it-Tieni Gwerra. Is-sejba saret hekk kif bħalissa għaddej proċess ta’ tindif u restawr mill-Fondazzjoni Wirt Artna fil-War Rooms ta’ Lascaris, li kienu ġew konvertiti fis-Seklu 20 mill-Ingliżi.