Rugby Sport

Prestazzjoni konvinċenti mit-tim Malti

Azzjoni mil-logħba bejn Malta A u HMS Ocean (Ritratt: Zara Ameen)

Rapport: Mike Turner

MALTA A……………..43

HMS OCEAN………..19

Din il-partita li ntlagħbet f’temp sabiħ, minkejja r-riħ qawwi, kienet ta’ ġid għal diversi plejer żgħażagħ biex jibdew jidħlu f’logħbiet kontra avversarji barranin, bir-riżultat ikun wieħed sodisfaċenti.

It-tim Malti immedjatament imposta s-superjorità fl-iscrums, fejn irnexxielu jitfa’ l-grupp ta’ plejers ta’ Ocean. Iżda t-tim tan-Navy kellu vantaġġ fit-tul u s-saħħa hekk kif iddominaw fir-rucks u t-tackles.

Is-sistema tal-lineout tal-Maltin kienet inkonsistenti. L-iskor infetaħ favur it-tim Malti f’azzjoni maħduma tajba. Kien Clayton Cassar li qabad ballun minn wara l-iscrum u qassam b’mod preċiż lejn Aaron Galea li b’veloċità skorja l-ewwel tru, b’Gumm jagħmel il-conversion. Il-backs Maltin dejjem kienu perikolużi u ftit wara, għal ftit ma kibirx id-distakk, iżda l-ballun waqa’ f’azzjoni li setgħet faċilment irriżultat fi try.

L-iskor kiber ftit meta wara pressjoni minn Ocean bil-fiżika tagħhom, Cassar ħarab u qassam b’mod perfett lejn Gumm li skorja t-try u l-conversion ukoll. Ocean wieġbu u bir-riħ favurihom, niżżlu isimhom fost l-iskorers bil-plejer Boorne jagħmel it-try filwaqt li Prendergast għamel il-conversion. Iż-żewġ timijiet daħlu jistrieħu 14-7 minn fuq.

Ocean bdew tajjeb it-tieni taqsima bi pressjoni territorjali, iżda d-difiża Maltija żammet sod, b’żewġ attakki li minnhom, il-wing Cost Chretien skorja t-try, iżda l-conversion ma ġietx skurjata. Ftit wara kien imiss azzjoni oħra li fiha Gumm qassam lil Max Galea li ltaqa’ mal-ballun u skorja, b’Gumm jagħmel il-conversion.

L-iskor kompla jikber, bi try ta’ Aaron Borg u conversion ta’ Gumm, iżda għat-tielet darba, it-tim Maltin naqas li jibda l-logħob b’kick tajba, bit-tim tan-Navy jieħu l-pussess u wara li naqsu li jwaqqfu lil Boorne, Ellor skorja try tajjeb. Ocean skorjaw try ieħor ftit wara, meta Max Galea naqas li jbiegħed il-periklu biex tilef il-pussess, li minnu Ocean irnexxielhom jiskorjaw it-tielet try għalihom.

Iżda, Malta għalqu l-partita b’azzjoni personali ta’ Gumm li għadda minn bejn l-avversarji. Ir-riżultat finali kien konvinċenti għal Malta, u minkejja li l-punt negattiv kien il-kick biex jibdew il-logħob, kienet prova konvinċenti għat-tim nazzjonali biex ikollu plejers lokali żgħażagħ preparati għal futur.

Tags