Lokali

Raġel ta’ 29 sena jweġġa’ gravi wara li ttajjar minn karozza f’Ħal Far

Raġel ta' 29 sena mill-Gambia weġġa' gravi wara li ttajjar

Raġel ta’ 29 sena mill-Gambia weġġa’ gravi wara li kmieni dalgħodu ttajjar minn karozza f’Ħal-Far misjuqa minn żagħżugħ ta’ 23 sena minn Ħal-Għaxaq.

Jirriżulta li r-raġel mill-Gambia ntlaqat minn karozza tat-tip Volkswagen Golf fiż-żona industrijali ta’ Ħal-Far.

Ir-raġel ttieħed mmedjatament l-isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri ġrieħi gravi

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.