Sport Sport Ieħor

Suċċess għal Judd Trump

Judd Trump rebaħ it-titlu tal-Players Championship

F’dawn l-aħħar jiem Judd Trump rebaħ it-titlu tal-Players Championship hekk kif fil-belt ta’ Llandudno f’Wales rebaħ kontra Marco Fu bi skor ta’ 10-8.

Għal Trump dan kien it-tieni suċċess li kiseb fuq art Brittannika wara li fl-2001 rebaħ il-UK Championship. Grazzi għal dan is-suċċess Trump rebaħ is-somma ta’ 125 elf lira sterlina.