Wara l-inċidenti li nqalgħu lbieraħ fil-Mosta, il-Kumitat tal-Gzira United ikkundanna kwalunkwe vjolenza fil-futbol.
Fi stqarrija, Gżira qalu li se jħallu f’idejn il-Pulizija u l-awtoritajiet sportivi sabiex b’ġustizzja
jevalwaw dak li ġara, x’wassal għal dan l-inċident u x’passi għandhom jittieħdu.
Gżira sostnew li l-futbol jibqa’ sport u mhux arena ta’ ġlied.
Anke Swieqi United ħarġu stqarrija li fiha kkundannaw kull tip ta’ vjolenza. Skont din l-istqarrija, il-partita ġiet abbandunata meta Swieqi kienu qed jirbħu 5-0.
L-argumenti sħan inqalgħu f’partita tal-Youths bejn Gżira u Swieqi. Fil-ġlieda, kien hemm plejer żagħżugħ illi weġġa’ gravi.
//= $special ?>