Fil-Parlament Ewropew, dalgħodu il-Kap tad-delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew, David Casa tkellem dwar is-sittin anniversarju mit-twaqqif tal-Unjoni Ewropea.
David Casa saħaq li matul is-snin inbniet Ewropa fuq bosta valuri tajbin u dawn għandna nkomplu ngħożżuhom.
Sostna li ċ-ċittadini Ewropej qed jistennew li l-istituzzjonijiet Ewropej għandhom ikomplu jiggarantixxu dawn il-valuri. Tenna li għandha tissokta l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u emfasizza li għandna nipprattikaw dak li nippriedkaw.
Tenna li għandna nsaħħu l-istat tad-dritt, u għandna noħolqu Ewropa tan-nies billi nisimgħu dak li għandhom jgħidulna n-nies.
//= $special ?>