Wara li NET News fil-granet li ghaddew staqsa lill-Ministru Edward Zammit Lewis biex jippublika l-invoices u l-korrispondenza dwar żewġ attivitajiet illi hu organizza ġewwa l-lukanda Seabank, li hi propjeta’ ta’ db Group – illum NET News reġa’ staqsa, u din id-darba Edward Zammit Lewis ġab miegħu file mimli karti. Iżda għall-kontra ta’ dak mistenni, dawn il-karti baqgħu għand il-Ministru, u ma ppublikahhomx – minkejja li matul ir-risposta tiegħu Edward Zammit Lewis beda jxejjer dan il-file.
NET News prova jitlob lill-Ministru Edward Zammit Lewis biex dawn l-invoices ikunu ppublikati u jsostni dak li qal jumejn ilu – dak li m’għandux problema jiżvelahom. Iżda milli jidher għandu problema jgħaddihom lill-media:
Għal darb’oħra, il-Ministru Edward Zammit Lewis reġa’ ħarab milli jippublika dawn l-invoices ta’ kemm ħallas u l-korrispondenza li turi ma’ min ftiehem biex organizza dawn l-attivitajiet.
//= $special ?>