Lokali

FILMAT: “Gvern li jitfa’ t-tajn lejn in-nies”

“Taf xi jfisser meta tkun qed titfa’ t-tajn fuq in-nies? Dak ifisser li tkun qed tipprova tgħatti l-problemi serji li hawn f’dawn il-pajjiż” – stqarr dan id-Deputat Nazzjonalista Clyde Puli waqt il-programm Networks fuq l-istazzjon nazzjonali TVM.

Waqt l-intervent tiegħu fil-programm, Clyde Puli tkellem dwar is-sitwazzjoni politika kurrenti, fejn semma numru ta’ problemi li dan il-Gvern Laburista ġab fuq pajjiżna u li għalihom qed iħallas il-kontijiet il-poplu Malti.

F’mument minnhom, Clyde Puli ta rendikont ta’ dak li ġara f’dawn l-ewwel 4 snin ta’ Gvern Laburista.

Clyde Puli tkellem ukoll dwar l-aħħar avveniment li ħakem lill-Partit Laburista, hekk kif kiser il-liġi tal-finanzjament tal-Partiti – liema liġi daħħal hu stess:

Clyde tenna li l-Gvern Laburista huwa Gvern li jitfa’ t-tajn lejn ħaddieħor, imbaghad jitlef il-libelli.