Lokali

FILMAT: Il-familja ta’ Raymond Caruana jagħtu donazzjoni lill-Partit Nazzjonalista

Il-familja ta' Raymond Caruana tagħti d-donazzjoni
Il-familja ta' Raymond Caruana jagħtu donazzjoni ta' 500 ewro bħala parti mill-kampanja Ejjew Nazzjonalisti

Il-familja ta’ Raymond Caruana – iż-żagħżugħ li inqatel fi sparatura fuq il-Każin tal-Partit Nazzjonalista fil-Gudja fl-1986 minn partitarji Laburisti mit-triq  – taw il-parti tagħhom fl-iskema “Ejjew Nazzjonalisti”. L-aħwa ta’ Raymond Caruana żaru l-uffiċju tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil fejn taw donazzjoni ta’ 500 euro.

Jimmy Caruana, ħu Raymond Caruana, stqarr li bħala familja ingħaqdu fejn kulħadd ta s-sehem tiegħu u ġabru din is-somma sabiħa – bl-iskop illi jiddedikaw din il-parti mill-mużajk lil ħuhom. Minn naħa tiegħu, l-Kap tal-Partit Nazzjonalista rringrazzja lill-familja Caruana tad-donazzjoni tagħhom u tal-appoġġ kbir li taw lill-Partit Nazzjonalista u ż-żminijiet.

Il-proġett ‘Ejjew Nazzjonalisti’ tnieda fil-ġimgħat li għaddew, u li fl-ewwel jiem tiegħu, diġà kien ta’ suċċess kbir. F’dan il-proġett, diversi persuni ssieħbu f’familji jew gruppi u qed jiġbru €500 biex, simbolikament, jixtru parti minn mużajk li se jkun qiegħed jitwaħħal fl-entratura tad-Dar Ċentrali f’Tal-Pietà.