Is-Sindku tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar Graziella Galea awgurat lil Claudia Faniello kull suċċess, hekk kif f’Mejju se tkun qed tirrapreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest ġewwa l-Ukrajna.
Apparti li se tirrapreżenta lil pajjiżna, Claudia se tonora wkoll lil raħal twelidha, San Pawl il-Baħar hekk kif bosta residenti Maltin kif ukoll barranin se jkunu qed isegwu kull pass li se twettaq il-kantanta Maltija fl-avventura mużikali tagħha.
Il-kantanta ngħatat tifkira għall-okkażżjoni kif ukoll numru ta’ kotba u oġġetti oħra li huma marbuta mal-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar.
//= $special ?>