Futbol Sport

Il-pitch ta’ FC Rostov magħluq mill-Premier League Russu

Il-pitch ta' FC Rostov qabel il-partita tal-Ħamis li għadda

Il-Premier League Russu ssospenda lit-tim Russu ta’ FC Rostov milli jilgħab fuq il-pitch tiegħu wara nuqqasijiet fuq il-wiċċ. L-aħħar logħba li ntlagħbet fl-Olimp-2 Stadium  kienet dik bejn FC Rostov u Manchester United, logħba valida mill-fażi tal-aħħar 16 tal-UEFA Europa League.

Il-manager ta’ Manchester United Josè Mourinho kien kritika l-kundizzjoni tal-pitch fejn kien qal li “hi diffiċli għalija li se nilagħbu fuq dak il-pitch, jekk jissejjaħ pitch.” Il-pitch kien xott u wara dik il-partita, Mourinho kien qal li kien impossibbli li tilgħab il-ballun mal-art.

Il-Premier League Russu qal li Rostov se jkollhom il-pitch spezzjonat darba oħra fl-24 ta’ Marzu, bil-logħba li jmiss f’darhom hi fil-31 ta’ Marzu kontra Krasnodar. Il-UEFA kienet qalet li tista’ tintlagħab il-logħba tal-Europa League, iżda l-Premier League Russu qal li għandhom regoli differenti.

Manchester United u FC Rostov jilagħbu t-tieni leg f’Old Trafford għada.