Internazzjonali

L-elezzjoni fl-Olanda: Rutte konfermat Prim Ministru

Mark Rutte u Geert Wilders
L-elezzjonijiet fl-Olanda: Aktarx li Mark Rutte se jirbaħ l-elezzjoni

Il-Prim Ministru Olandiz  Mark Rutte waqt li ċċelebra ir-rebħa fl-elezzjonijiet ġenerali li saru fil-pajjiż, qal li pajjiżu ċaħad il-mewġa ġdida ta’ populiżmu u l-messaġġ tagħha.

Meta ngħaddu l-voti kollha  tal-elezzjonijiet Ġenerali il-Partit Ċentru Lemini ta’ Rutte għeleb faċilment  lill-Partit anti Ewropew  ta’ Geert Wilders. Dawn l-elezzjonijiet kienu qed jitqiesu bħala test tal-appoġġ li qed igawdu partiti nazzjonalistiċi li dan l-aħħar kienu qed jiksbu appoġġ fl-Ewropa. Il-Gvern il-ġdid Olandiż irid ikun iffurmat minn koalizzjoni  ta’ aktar minn tliet partiti  minn fost it-22 li kkontestaw.

It-turnout tal-elezzjoni kien ta 81%, żieda kbira fuq l-aħħar elezzjoni.

Sinifikanti kienet it-telfa’ storika tal-Partit Laburista f’din l-elezzjoni, il-Partit Laburista kiseb biss 9 siġġijiet wara li tilef 29 siġġu.

Fatt interessanti kien li fil-kapitali Olandiża, Amsterdam, kellhom jiġu stampati aktar karti tal-voti wara li t-turnout ta’ votanti kien aktar minn dak mistenni.