Futbol Sport

Maltin jispiċċaw fuq l-Instagram ta’ Ander Herrera

Ritratt: Facebook
Il-midfielder Spanjol ta' Manchester United deskritt mill-partitarji bħala "bniedem umli"

Ander Herrera sab ruħu fl-aħbarijiet din il-ġimgħa wara li tkeċċa minn Michael Oliver fil-partita tal-FA Cup kontra Chelsea. Ħafna sostnew illi t-tieni karta safra kienet inġusta. U kulħadd bl-opinjoni tiegħu, anke dwar l-istess Oliver.

Iżda fl-istess ġimgħa li seħħ dan kollu, Herrera seraq l-ammirazzjoni ta’ grupp ta’ partitarji Maltin. Dan wara li l-Ispanjol ħadilhom ritratt li tpoġġa’ fuq il-profil tiegħu ta’ Instagram, li hu segwit minn eluf.

Wieħed mill-partitarji Maltin ta’ Manchester United kiteb hekk fuq Facebook: “Herrera ħa rittrat mill-coach x’ħin konna erba’ Maltin nistenew il-plejers. U tefaw Instagram – bniedem down to earth ta’ vera”.