Internazzjonali

Polemika ġdida għall-President Donald Trump, din id-darba dwar allegata taxxa mhux dikjarata.

Polemika ġdida għall-President Amerikan Donald Trump.

Dan hekk kif stazzjon Amerikan żvela li fl-2005, fuq dħul ta’ 150 miljun dollaru, hu ħallas 38 miljun f’taxxa.

Hu ddikjara wkoll 103 miljun dollaru f’telf u ma niżżel xejn dwar is-sors tad-dħul. Matul il-kampanja elettorali, Trump kien mar kontra t-tradizzjoni u rrifjuta li jippubblia kemm iħallas taxxa.