Lokali

FILMAT: Storja li ħammret wiċċ id-Deputati Laburisti

Iż-żjara ta’ ftit jiem f’Dubaj li allegatament għaliha Muscat nefaq aktar minn 11,000 ewro ħammret wiċċ numru ta’ deputati Laburisti, li ffaċċjati b’mistoqsijiet barra mill-Parlament stħaw jitkellmu fuq is-suġġet, tant li jew dawwru d-diskors, ma kellmuniex, jew talbuna nsaqsu lill-Prim Ministru.

Oħrajn kienu aktar ċari u qalulna li qatt m’huma lesti li jonfqu 11,000 ewro f’safra.

Imma kien hemm oħrajn li qalulna li jekk ikollhom ħafna flus, ikunu lesti li jonfqu 11,000 ewro f’safra.