Bi preparazzjoni għal żewġ partiti li jmissu jilgħab it-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena, l-ewwel waħda partita ta’ ħbiberija kontra l-Lussemburgu u t-tieni logħba valida mill-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej tal-2019 kontra l-Belġju, il-kowċ nazzjonali Silvio Vella (fir-tiratt) sejjaħ l-iskwadra proviżjorja.
Nhar it-Tlieta li ġej it-tim Malti jħalli pajjiżna biex jilgħab fil-belt ta’ Kehlen fil-Lussemburgu fit-23 ta’ Marzu. Erbat ijiem wara l-Maltin jilagħbu kontra l-Belġju fl-ewwel logħba mill-grupp li fih hemm anke Ċipru, l-Ungerija, l-Iżvezja u t-Turkija.
Ta’ min jiftakar li fl-aħħar impenn tagħhom f’rawnd ta’ kwalifikazzjoni il-Maltin taħt it-tmexxija ta’ Vella kisbu rekord ta’ 11-il punt. Huma se jkunu qed jerġgħu jilagħbu kontra wieħed mit-timijiet li lagħbu miegħu f’dawn l-aħħar sentejn, il-Belġju. Dawn tal-aħħar kienu rebħu 2-0 f’darhom u 3-2 f’Kordin.
L-iskwadra li sejjaħ Silvio Vella hi:
Gowlkipers: Jake Galea (St Andrews); Philip Schranz (Tarxien Rainbows).
Difensuri: Jean Borg (Valletta); Michele Sansone (Sliema Wanderers); Karl Micallef (Ħamrun Spartans); Nikolai Muscat (San Ġwann); Dunstan Vella (Hibernians); Kurt Zammit (Tarxien Rainbows).
Midfielders: Myles Beerman (Rangers, Scotland); Jurgen Suda (Pietà Hotspurs); Juan Corbalan (Gżira United); Jake Grech (Ħamrun Spartans); Matthew Guillaumier (Birkirkara); Zachary Scerri (Gżira United).
Attakkanti: Jurgen Degabriele (Hibernians); Aidan Friggieri (St Andrews); Joseph Mbong (NK Inter Zapresic, Croatia); Kyran Nwoko (St Andrews).
//= $special ?>