Sport Sport Ieħor

Bach iżur il-Korea t’Isfel

Chung Sye-kyun (lemin) flimkien ma' Thomas Bach (xellug) waqt iż-żjara ta dan tal-aħħar fil-Korea t'Isfel

Waqt żjara li għamel fi Pyeongchang, il-President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali (IOC) Thomas Bach qal li hu fiduċjuż li l-Olimpjadi fil-Korea għandhom ikunu l-Olimpjadi ta’ għaqda fir-regjun Ażjatiku.
Bach qal li l-aħħar diżgwid politiku mal-Korea ta’ Fuq kien qed imexxi żjara fl-impjanti li fi Frar tas-sena d-dieħla ser isiru l-Olimpjadi tax-xitwa.

Il-President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali wera x-xewqa li l-Korea ta’ Fuq ma tieħux azzjoni bħalma kienet għamlet fl-1988 meta ma ħaditx sehem fl-Olimpjadi minħabba li kiene saru fil-belt ta’ Seoul.

Saret wkoll riferenza għall-problemi li jista’ jkun hemm maċ-Ċina, madankollu Lee Hee Beom – Chairman tal-Kumitat Organizattiv tenna li ma’ Beijing hemm relazzjoni mill-aqwa u ma jara ebda problema f’dan ir-rigward.

Hu kkonferma li skond l-aħħar stima l-Olimpjadi jista’ jkollhom telf ta’ madwar 262 miljun dollaru li iżda jista’ jittaffa bl-għajnuna tas-settur privat.
Daqstant ieħor ikkummentat Gunilla Lindberg Kap tal-Kummissjoni ta’ evalwazzjoni tal-IOC li qalet li hi impressjonanti kif minn Diċembru li għadda fi Pyeongchang saru xejn anqas minn 17 il-test event.