Lokali

FILMAT: Studenti jibqgħu jaqbżu l-barrikati

Abbuż minn żgħażagħ u studenti li għadhom qed jaqsmu bl-addoċċ, b'riskju għal ħajjithom

Il-programm Net Live fuq Net TV din il-ġimgħa kompla jinvestiga l-abbuż regolari li qed isir fit-toroq li jwasslu lejn l-Universita’ – abbuż minn żgħażagħ u studenti li għadhom qed jaqsmu bl-addoċċ, b’riskju għal ħajjithom.

Fl-aħħar jiem, Martha Carabott marret ukoll fis-subway li suppost qed tintuża mill-istudenti biex jaslu l-Universita’. Fil-filmati tistgħu taraw il-kundizzjoni ta’ din il-mina, li għalkemm għandha d-dawl, xorta titqies “mhux sigura” minħabba li hemm ħafna kantunieri u daħliet.