“Barra li jaħrab mill-ġurnalisti, Konrad Mizzi qed jaħrab mill-verità u jitfa’ l-ħtija tiegħu fuq ħaddieħor. Dan kollu biex jiddefendi lilu nnifsu mill-akkużi gravi u serji kontrieh – fosthom ta’ ħasil ta’ flus – b’rabta mal-kumpanija sigrieta li fetaħ bil-moħbi ta’ kulħadd fil-Panama”. Qal dan fi stqarrija l-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista Mario de Marco.
“Dwar il-proġett tal-art tal-ITS, Konrad Mizzi, l-ewwel ħareġ jgħid li l-valur tal-art u l-prezz stabbilit ġie deċiż minn ditta indipendenti, u issa, għax jinsab taħt attakk dwar dan il-prezz, qed jiprova jaħrab mir-responsabbiltà tiegħu u jitfa’ l-ħtija fuq ħaddieħor.” żied jgħid Mario de Marco, li rrepeta li fl-ebda ħin u bl-ebda mod ma kont involut fid-deċiżjoni tal-prezz li db Group għandu jħallas għall-art f’San Ġiljan.
“Flok jivvinta l-gideb dwari, Konrad Mizzi għandu jibda billi jwieġeb għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti u mhux jinsulentahom” temm jgħid il-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>