Lokali

L-uffiċjali tal-RIU jsalvaw kelb mitluf

Il-Kelb li kien salvat minn Pulizija fis-sezzjoni tal-RIU

Uffiċjali tar-Rapid Intervention Unit ġabru kelb li kien qed jiġri barra u li aktarx hu mitluf hekk kif jidher li hu mans u b’kullar ta’ kulur aħmar madwar għonqu.

Huma qed jappellaw biex jekk xi ħadd jagħraf lil dan il-kelb u jaf lil sidu jagħmel kuntatt magħhom biex jiġi ritornat. Il-kelb għalissa qed jinżamm fil-kwartieri tar-Rapid Intervention Unit fejn jidher li mill-ewwel għamel ħbieb mal-uffiċjali li ġabruh b’tant għożża.