Lokali

Ordnat iħallas €36,000 dovuti fuq xogħlijiet

Il-Qrati tal-Ġustizzja - Arkivji

Il-qorti ordnat lil sid ta’ blokk ta’ appartamenti fis-Swieqi jħallas €36,850 għal xogħlijiet li sarulu fl-appartamenti u li hu ma ħallasx għalihom.

Kien f’Marzu 2011 li Edmund Grech ordna aperturi, bibien u folji tal-ħġieġ għall- appartamenti fis-Swieqi, mingħand il-Melita Manufacturing Company Ltd. Minkejja li x-xogħol tlesta Grech irrifjuta li jħallas is-somma ta’ €44,545.60.

Grech qal li x-xogħol kien dam beix jitlesta u ma kinx professjonalità mill-kumpanija tant li l-appartamenti baqgħu miftuħin u saritilhom ħsara u serq ta’ €65,000.

F’Awwissu 2009 Grech ħallas €20,000 u f’Awwissu 2010 bagħat ittra lill-kumpanija dwar il-bilanċ dovut u l-ħsarat li ġarrab il-blokk. Hu nsista li l-kumpanija tħallas id-danni. Il-kumpanija qalet li x-xogħol dam ma sar minħabba li kien fadal xogħol ieħor fl-appartamenti.

Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili qalet li Grech ma ressaqx provi biex jipprova li l-propjetà naqset mill-valur jew li tilef kirjiet u lanqas ġab provi tal-ammont ta’ danni li qal li sofra. Jirriżulta li d-danni ma ssemmaewx fiċ-ċertifikat tal-perit.

Il-Qorti laqgħet it-talba tal-kumpanija biex Grech iħallasha €36,822.44 u ċaħdet it-talba ta’ Grech għall-kumpens.