Lokali

FILMAT: Raġel isofri ħruq fuq il-post tax-xogħol kawża ta’ splużjoni

Ħaddiem ta’ 43 sena mir-Rabat ġrieħi gravi f’ġismu, kawża ta’ splużjoni.

L-inċident seħħ fuq dgħajsa f’boat yard fi triq il-Mosta, f’Ħal Lija, meta għal xi raġuni kien hemm splużjoni minn cooker tal-gass li kien hemm fl-istess dgħajsa.

Jirriżulta li r-raġel sofra ħruq f’għonqu u ttieħed mmedjatament b’ambulanza l-isptar Mater Dei fejn qed jinżamm fit-taqsima tal-kura intensiva.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.