Lokali

L-AKBAR QABDA TA’ DROGA F’MALTA: Sejba ta’ aktar minn 300kg droga kokaina

Id-Dipartiment tad-Dwana fi stqarrija ħabba li għamel l-akbar sejba tad-droga kokaina f’Malta.

Is-sejba, ta’ aktar minn 300kg saret f’kontejner fil-Port Ħieles. Id-droga nstabet f’bottijiet tal-pineapple.

Aktar kmieni d-Dipartiment tad-Dwana qal li d-droga kienet tammonta għal 350kg, iżda aktar tard id-Dipartiment għamel korrezzjoni għaliex qal li fil-piż ttieħed meta d-droga kienet fil-pakketti u mgeżwra fil-plastik.

Il-Kontejner waqaf Malta waqt li kien fi triqtu mill-Ekwador lejn Spanja.

Waqt it-tfitxija, uffiċjali tad-Dipartiment tad-Dwana fetħu sitt xkejjer li fihom instabet sustanza bajda li tammonta għal aktar minn 300kg. Wara testijiet li saru kien konfermat li s-sustanza kienet droga kokaina.

Huwa stmat li din is-sejba tlaħħaq il-valur ta’ miljun ta’ ewro.

Bis-sejba ġew infurmati l-Pulizija u l-maġistrat tal-għassa li għaddejin bl-investigazzjonijiet.

Scan tal-kontejner li fih instabet id-droga