Lokali Qorti

Tammetti li xehdet falz fuq żewġha u tefgħetu l-ħabs

Il-mara li minħabba fiha żewġha spiċċa l-ħabs intortament fuq akkużi ta’ abbuż fuq it-tifla tal-koppja ammettiet fil-qorti li kisret il-kundizzjonijiet tal-libertà porviżorja, tilfet il-€5,000 depożitu f’garanzija personali u kienet kundannata sentenza ta’ ħabs sospiża.

Liza May Camilleri ta’ 47 sena minn Raħal Ġdid kienet ingħatat il-libertà proviżorja fi proċeduri wara li xehdet falz fil-qorti b’mod li wasslet biex żewġha kien kundannat il-ħabs.

Ir-raġel, Emmanauel Camilleri, inżamm 400 ġurnata l-ħabs qabel ingħata l-ħelsien wara li l-każ tiegħu tressaq quddiem il-qorti kostituzzjonali.

Wara li semgħet lil Camilleri tammetti li xehdet falz, il-qorti ikkundannatha erba’ xhur ħabs sospiżi għal sena. Hi kienet immultata wkoll €100 u ordnata tirritorna l-€5,000 garanzija personali li kienet imposta fuqha.