Lokali

AĠĠORNATA: Tiġi fi tmiema l-azzjoni industrijali mill-ħaddiema tal-Air Malta

L-Ajruport Internazzjonali ta' Malta - Ritratt mill-arkivji
Dan ifisser li l-ewwel titjira li se tkun affetwata minn din l-azzjoni industrijali se tkun madwar sagħtejn oħra.

L-azzjoni industrijali tal-ħaddiema ġiet fi tmiema għall-ħabta tas-sitta tal-lejla u l-linja tal-ajru issa mistennija tkompli topera b’mod normali b’effett immedjat.

Aktar kmieni

Membri tal-ekwipaġġ tal-linja tal-ajru Air Malta se jagħmlu azzjoni industrijali. Minħabba f’hekk se jiġu affetwati diversi titjiriet li se jitilqu minn Malta b’bejn wieħed u ieħor siegħa. Din l-azzjoni industrijali se ssir minħabba ksur fil-kuntratt kollettiv li kellu mill-kumpanija.

Huwa mifhum li l-membri tal-ekwipaġġ se jkunu l-ajruport fil-ħin tat-tluq tat-titjira minflok bħal qabel, sagħtejn qabel it-titjira.

Dan ifisser li l-ewwel titjira li se tkun affetwata minn din l-azzjoni industrijali se tkun madwar sagħtejn oħra.

L-azzjoni industrijali se tibqa għaddejja sakemm jintlaħaq qbiel.