Jasal Malta u jibda jkun esebit għall-pubbliku s-sejf ornamentali tal-Gran Mastru Jean de la Valette.
Sejf li hu miżmum fi Franza wara li kien ittieħed min-Napuljun meta l-Franċiżi kienu jaħkmu Malta. Dan is-sejf jinstab għall-ewwel darba f’Malta mill-1798.
L-esebizzjoni tas-sejf u dokumenti relatati qed isir fil-Mużew tal-Arkeoloġija fil-Belt, hi orgnaizzata minn Heritage Malta u kienet inawguata mill-Prim Ministru Joseph Muscat fil-preżenza tal-Ministur tal-Ġustizzja Owen Bonnici u d-deputat Nazzjonalista u Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Kultura Karl Gouder
Il-Prim Ministru Muscat qal li s-self inġieb Malta wara l-involviment dirett tal-President Franciz Hollande u wara li l-Gvern Franciz kellu l-assigurazzjoni li Malta kienet se tirritorna s-sejf.
Hu ta dettalji tal-laqgħat li saru biex inġieb is-self u spjega kif l-esperti Franċiżi kienu kontra li jinġieb dan is-sejf iżda kien l-intervent tal-President Franċiż Hollande li wassal biex is-sejf jinġieb Malta. Il-Prim Ministru Muscat qal li dan l-avveniment jikkonferma r-relazzjonijiet tajbin bejn Malta u Franza.
Flimkien max-xabla, is-sejf kien ingħata bħala rigal lill-Gran Mastru Jean de la Valette wara r-rebħa tal-Maltin fuq il-Musulmani fl-Assedju l-Kbir tal-1565 mir-Re Filippu II ta’ Spanja.
Minkejja l-importanza mistħoqqha u storika li qed jingħata s-sejf ornamentali ta’ la Valette, fil-Mużew tal-Birgu hemm miżmuma x-xabla li biha la Valette niżel jiġġieled il-battalja fl-Assedju l-Kbir fil-Berġa ta’ Kastilja fil-Birgu.
L-esebizzjoni tas-sejf ta’ la Valette se tibqa miftuħa sad-9 ta’ Lulju u mistennija tattira lejha mijiet ta’ Maltin u turisti li se jkollhom l-opportunità li jaraw dan is-sejf; li hu kkunsidrat bħala parti mill-wirt storku Malti mitluf.
//= $special ?>