Lokali

FILMAT: Il-kwerela kriminali kontra Mario Frendo: Bertu Pace ma jridx ikellimna

L-eks Deputat Laburista Bertu Pace ma jridx jirrispondi għad-domandi ta' NET News.

Wara li lbieraħ filgħaxija tressqet kwerela kriminali fil-konfront tal-ġurnalist Mario Frendo – fejn intalab jagħti l-verżjoni tiegħu dwar kif u għaliex mar fuq il-post ta’ fejn kienet qed tinbena villa fuq art ODZ – Net News prova jistaqsi min u għaliex saru dawn ir-rapporti.

Din il-villa kontroversjali fis-Siġġiewi qed tinbena mir-raġel ta’ bint l-eks Deputat Laburista Bertu Pace. Għaldaqstant NET News ċempel lil Bertu Pace biex jikkonferma jekk kienx hu jew xi ħadd mill-familja tiegħu li ressqu dan u rapport, u nistaqsuh għaliex ħadu dawn il-passi – iżda dan irrifjuta milli jwieġeb.

Il-Ħamis filgħaxija Mario Frendo mar l-Għassa tal-Pulizija fejn hemmek ta l-verżjoni tiegħu dwar kif u għaliex mar fil-post, bil-ġurnalist ta’ NET News jinsisti li fl-inħawi ma kien hemm xejn li jagħti x’jifhem li kien qed jidħol f’art privata.

Segwi l-filmat live ta’ NET News fuq Facebook , li nġibet lbieraħ barra mill-għassa tal-Pulizija f’Ħaż-Żebbuġ:

Ikkummenta