Wara li lbieraħ il-Minsitru Konrad Mizzi infexx f’attakk fuq ġurnalist, meta dan ġie mistoqsi dwar minfejn kien beħsibu jgib il-miljun dollaru biex iddeposithom fil-kont tiegħu fil-Panama, NET News reġa’ prova jikseb risposta mingħand Konrad Mizzi.
Waqt l-attivita’ ta’ tnedija tax-xogħolijiet fuq l-iskola Barts fl-isptar Ġenerali ta’ Għawdex, NET News staqsa – iżda Konrad Mizzi ċaħad li hu qatt kellu dan il-ftehim.
Wara l-preżentazzjoni, NET News flimkien ma’ ġurnalisti oħra, mar fuq il-Ministru Konrad Mizzi biex jikseb risposta ċara wara li dan reġa’ ma’ rrispondix. Hu reġa’ ċaħad li qatt kien hemm miktub iswed fuq l-abjad li kellu jiddepożita miljun dollaru fis-sena fil-kont tal-Panama.
Kien f’dan il-mument li Konrad Mizzi reġa’ inqabad jigdeb u jaħrab mill-ġurnalisti – hekk kif hemm emails minn Nexia BT, il-kumpanija Maltija li ħadet ħsieb il-formazzjoni tal-kont bankarju fil-Panma, li ġew żvelati fl-iskandlu li ħakem lill-Gvern Laburista – l-iskandlu Panama Papers.
Konrad Mizzi attenda għal din t-tnedija tal-proġett fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn beda jitwaqqa’ l-bini. Iżda dan l-istess twaqqih ikkawża daħna kbira ta’ ġir – minkejja li l-isptar għadu jopera u l-pazjenti kienu għadhom deħlin għas-servizz fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
//= $special ?>