Lokali

FILMAT: “Ma rajtx x’qalet Michelle Muscat, imma vera għandna nkunu viċin in-nies” – Owen Bonnici

Michelle Muscat waqt l-attivita' ta' Silvio Schembri

Il-Ministru Owen Bonnici ma rax x’qalet Michelle Muscat dwar id-Deputati Laburisti, iżda hu jaqbel li d-Deputati għandhom ikunu viċin in-nies. Owen Bonnici kien qed iwieġeb mistoqsijiet ta’ Net News, wara li fuq is-social media beda jixxerred video tal-mara tal-Prim Ministru Michelle Muscat tgħajjar lid-Deputati Laburisti li tmejjlu bin-nies, u tiddeskrivi lil min wiegħed xi ħaġa qabel l-elezzjoni bħala baħnan.

Owen Bonnici qal li ma rax dak li qalet Michelle Muscat, iżda jaqbel lid-Deputati għandhom ikunu viċin in-nies.

Chris Cardona u Owen Bonnici jindirizzaw konferenza tal-aħbarijiet

 

Id-diskors ta’ Michelle Muscat qajjem rabja kbira fil-Grupp Parlamentari Laburista, b’Deputati saħansitra jilmentaw dirett mal-Prim Ministru dwar il-fatt li l-mara tiegħu qed tgħajjar b’dan il-mod lid-Deputati nfushom – tiddeskrivhom bħala bħaħen u li tmejjlu bin-nies.