Lokali

FILMAT: Tfal tal-iskola, akkumpanjati minn adulti, jaqsmu ħażin fil-Furjana

Is-surmast tal-iskola tat-tfal qal li t-tfal kienu akkumpanjati minn ġenituri u mhux minn għalliema.
Ritratt ta’ tfal jaqsmu ħazin. Ritratt: Joe Cordina fuq Facebook

Ir-ritratt u l-filmat li ttellaw fuq il-midja soċjali u li qed jixxerrdu, minħabba r-reazjonijiet li ġġeneraw, jidru fihom ammont sostanzjali ta’ tfal tal-iskola jaqsmu ħażin mit-Triq Sant Anna fil-Furjana. Għalkemm fl-istess triq hemm traffic lights u anki triq taħt l-art minn fejn in-nies tista’ taqsam, dawn it-tfal jidru jaqsmu minn post ieħor. Mat-tfal jidher li hemm xi adulti li qasmu flimkien mal-istudenti.

Għalkemm saru xi attakki permezz tal-midja soċjali fil-konfront tal-adulti li kienu qed jaqsmu mat-tfal meta ħasbu li kieu għalliema, is-surmast tal-iskola tat-tfal qal li t-tfal kienu akkumpanjati minn ġenituri u mhux minn għalliema.