Matul is-sena li għaddiet 76,730 student barrani ġew Malta sabiex jitgħallmu l-Ingliż f’waħda mid-diversi skejjel tal-Ingliż f’Malta, bil-maġġoranza tagħhom jaslu f’Lulju.
Dan ħareġ minn statistika ppublikata mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika ta’ Malta (NSO). L-istħarriġ juri kif il-maġġoranza tal-istudenti li ġew Malta biex jistudjaw l-Ingliż kienu Taljani, segwiti mill-Ġermaniżi u l-Franċiżi. Flimkien, dawn ammontaw għal 49.8 fil-mija tal-istudenti kollha li ġew Malta.
L-istatistika tkompli turi li l-maġġoranza tal-istudenti kellhom 15-il sena jew inqas. Filwaqt li studenti li għandhom 50 sena jew iktar kienu jammontaw għal 5.07 fil-mija tal-istudenti. Dawn l-istudent jqattgħu medja ta’ tliet ġimgħat fil-gżejjer Maltin.
Apparti minn hekk, 60 fil-mija tal-istudenti barranin kienu bniet filwaqt li l-minoranza kienu subien.
//= $special ?>