Futbol Sport

Jitilgħu l-poloz tal-kwarti tal-finali tal-UEFA Europa League

Jitilgħu l-poloz tal-play-offs tal-UEFA Europa League

Wara li saru magħrufa l-partiti tal-kwarti tal-finali tal-UEFA Champions League, saru magħrufa wkoll il-kwarti tal-finali tal-UEFA Europa League.

Polza tajba għal Manchester United li se jibdew jilagħbu l-ewwel leg fil-Belġju f’konfront kontra Anderlecht. Iż-żewġ timijiet lagħbu kontra xulxin sitt darbiet fejn rebħu tliet logħbiet kull tim, iżda f’dawn il-logħbiet, United skorjaw 22 darba kontra s-sitta ta’ Anderlecht.

Celta Vigo telgħu biex jilagħbu kontra Genk, fejn għaż-żewġ timijiet se jkun l-ewwel dwell bejniethom. Il-logħba bejn Olimpique Lyon u Besiktas se tkun ukoll l-ewwel waħda bejniethom. Ajax u Schalke se jilagħbu kontra xulxin, f’logħba fejn iż-żewġ timijiet rebħu l-kompetizzjoni fil-passat.

L-ewwel leg tal-poloz se jintlagħbu fit-13 ta’ April

Il-poloz tal-kwarti tal-finali huma:

Anderlecht v Manchester United

Celta Vigo v Genk

Ajax v Schalke

O. Lyon v Besiktas