Il-Kulleġġ ta’ Ex MPs tal-Partit Nazzjonalista fi stqarrija esprima l-kondoljanzi tiegħu mal-President tal-kulleġġ, Richard Muscat, wara l-mewt tal-mara tiegħu, Joyce. Hi mietet ilbieraħ fl-isptar San Raffaele f’Milan.
Fl-istqarrija l-kulleġġ qal li Joyce Muscat, kienet mara ta’ politiku, fejn għamlet is-sagrifiċji flimkien mal-familja sabiex tiġġieled għall-libertà ta’ espressjoni f’Malta. Richard Muscat u l-familja tiegħu kienu eżiljati minn Malta sabiex jgħinu lill-Partit Nazzjonalista jxandar il-messaġġ tiegħu fis-snin tmenin.
B’hekk Joyce Muscat tat sehemha direttament għal ġlieda għall-Liberta u jistħoqqilha il-gratiduni għal dak li għamlet.
//= $special ?>