Lokali

L-Air Malta se titlef mal-€500,000 wara li jitwaqqaf kuntratt ta’ servizz ma’ DHL

DHL topera titjira kuljum permezz tal-Air Malta sabiex tkun tista’ twassal prodotti lejn Malta.

Il-kumpanija Air Malta għadha kemm tilfet kuntratt ta’ sena ta’  €500,000 minn mal-kumpanija internazzjonali DHL. Dan ġie żvelat mill-gazzetta Times of Malta aktar kmieni dalgħodu.

DHL topera titjira kuljum permezz tal-Air Malta sabiex tkun tista’ twassal prodotti lejn Malta. Apparti minn hekk, il-gazzetta tirraporta wkoll li wara li l-Air Malta tilfet il-kuntratt minn ma’ Lufthansa, il-linja tal-ajru Ġermaniża wkoll ddeċidiet li twaqqaf il-kuntratti li kelllha mal-linja tal-ajru Maltija. Dan ifisser li l-Air Malta se tkun tilfet mal-miljun ewro sal-aħħar tas-sena finanzjarja. Filfatt, meta mistoqsi mill-gazzetta, rapreżentant tal-Air Malta qal li huwa normali li fil-qasam tan-negozju li jintilfu u jintrebħu kuntratti differenti.

The Times of Malta rrapurtaw li l-linja tal-ajru Turkish Arlines ukoll qed tikkonsidra li twaqqaf is-servizz tal-ġarr minn mal-Air Malta.

Min-naħa l-oħra l-ħaddiema tal-Air Malta iktar ma jmur qed jibqgħu fil-għama dwar il-post tax-xogħol tagħhom iktar u iktar peress li qed jingħad li jistgħu jsiru tibdiliet oħra li jistgħu jaffetwaw l-impjieg tagħhom b’mod iktar dirett.