Sport

Maltija tipparteċipa fil-Kampjonati tad-Dinja tas-Snowboarding

L-atleta Maltija Jenise Spiteri ħadet sehem fil-Kampjonati tad-Dinja tas-Snowboarding organizzati mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-iskiing

L-atleta Maltija Jenise Spiteri ħadet sehem fil-Kampjonati tad-Dinja tas-Snowboarding organizzati mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-iskiing.

Il-Kampjonati li saru fi Sierra Nevada fi Spanja, Jenise Spiteri ħadet sehem fil-kategorija Half pipe.

B’kollox fl-azzjoni kien hemm 31 parteċipant. Wara li fl-ewwel prova kisbet total taż 42,25 punti, Jenise tjiebet fit-tieni prova meta kisbet total ta’ 44.75 punti li kien il-punteġġ li bih spiċċat fil-25 post.

Il-Kampjonati intrebħu minn Cai Xuetong taċ-Ċina bl-aħjar punteġġ tagħha jkun 90.5 punti.

Jenise Spiteri tinsab bil-preparazzjoni tagħha bit-tama li tirrappreżenta lil Malta fl-Olimpijadi tax-Xitwa li għandhom isiru fi Pyeongchang fil-Korea fi Frar tal-2018.