Lokali

Qiegħ il-baħar fid-Dwejra: “Għandha tkun żona protetta”

Minkejja li kkrollat it-Tieqa tad-Dwejra u Għawdex tilef waħda mill-ikoni tiegħu, il-filmati li ttieħdu tal-blat taħt il-baħar juru li qed tinħoloq attrazzjoni oħra.

L-Assoċjazzjoni Għawdxija tat-Turiżmu qalet li l-blat li kkrolla fforma attrazzjoni għall-għaddasa li se jagħmel din iż-żona attrazzjoni kbira flimkien mal-Blue Hole li hi diġà popolari mal-għaddasa.

Jirriżulta li madwar il-blat krollat tat-Tieqa tad-Dwejra diġà qed tiżviluppa ħajja taħt il-baħar li wkoll għandha tkun ta’ attrazzjoni kbira.

L-Assoċjazzjoni qed tappella lill-Gvern biex ma jagħmulx interventi taħt il-baħar u biex iż-żona tkun dikjarata żona protetta.

Ma’ dan l-appell ingħaqad ukoll il-Kap tal Partit Nazzjonalista Simon Busuttil li osstna dan permezz ta’ tiwtter.

L-Assoċjazzjoni qed tinsisti li jittieħdu l-passi meħtieġa biex din iż-żona tkun protetta.

Dan filwaqt li l-għaqdiet u l-entitajiet kollha Għawdxin għandhom jingħaqdu biex ikomplu jippromwovu lil Għawdex bħala destinazzjoni unika turistika.

It-tweet tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil