Lokali

RITRATTI: Tasal il-‘Fjamma li ma tmut qatt’ fi Pjazza Kastilja

Il-monument "Fjamma li ma tmut qatt" - Ritratt: DOI
Il-monument se jiġi nawgurat nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Mejju fi sfond ta’ spettaklu li se jkun qed jittella’ apposta għall-okkażjoni.

Wasal Malta l-monument li se jkun qed jitpoġġa fi Pjazza Kastilja. Dan il-monument se jissimbolizza l-mument li Malta saret nazzjon.

Il-monument tal-bronż ingħata l-isem “Fjamma li ma tmut qatt”, isem li jixhed il-ħeġġa u l-ħidma kontinwa tal-Maltin sabiex jaħsbu u jaħdmu dejjem għall-futur tagħhom, filwaqt li jżommu f’moħħhom dak li kisbu sa issa, ċentralment il-kisba tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Il-wasla tal-monument fi Pjazza Kastilja. Ritratt: DOI
Il-wasla tal-monument fi Pjazza Kastilja. Ritratt: DOI

Il-monument inħadem fuq disinn tal-artist Malti Valerio Schembri. Il-monument se jiġi nawgurat nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Mejju fi sfond ta’ spettaklu li se jkun qed jittella’ apposta għall-okkażjoni.