Ġieli tlift il-mobile u kienet se ttik rasek? Ġieli ħsibt li din tista’ tkun waħda mill-agħar sitwazzjoni li tkun fiha? Din s-sitwazzjoni qed titqies bħala waħda mill-iktar sitwazzjonijiet stressanti li persuna tista’ tkun fiha, daqs kemm tista tkun stressanti l-biża’ ta’ attakk terroristiku. Fil-fatt, skont studji ta’ professjonijisti fil-psikoloġija juru li din hi r-realtà li qed ngħixu fiha llum.
L-istudju li sar minn ‘The Physiological Society’ involva mal-2,000 persuna li kienu mistoqsija x’jaħsbu meta ġew mogħtija sitwazzjonijiet differenti. Jidher illi l-biża’ ta’ attakk terroristiku klassifikat fit-tlettax il-post mil-lista ta’ sitwazzjonijiet filwaqt li b’punt biss inqas klassifikat is-sitwazzjoni li titlef il-mobile tiegħek.
B’mod partikolari, il-biża’ li jitilef il-mobile tinsab iktar fin-nisa milli fl-irġiel.
//= $special ?>