Wara li ġew fi tmiemhom l-investigazzjonijiet dwar dan il-kaz, jidher li l-membri tal-ekwipagg kienu mistoqsija mill-kumpanija stess sabiex jiprezentaw kejk tal-Birthday lill-passiggier li kien qed jiccelebra gheluq sninu.
Apparti minn hekk, fi stqarrija, l-Air Malta qalet li l-proceduri necessarji kollha saru u ttiehdu kull prekawzjonijiet necessarji. Qal ukoll li, ghall-kuntratju ta’ kif kien irrapurtat, l-Air Malta qalet li ebda passggiera ma ghamlu uzu mis-sistema li biha l-membri tal-ekwipagg jaghmlu l-avvizi lill-pubbliku.
B’hekk wara din l-investigazzjoni, il-membri tal-ekwipaġġ m’għadhomx sospiżi mix-xogħol tagħhom.
Aktar kmieni
Wara li l-gazzetta The Malta Independent ippublikat filmat li ttieħed waqt titjira tal-Air Malta, il-linja tal-ajru ħabbret li l-membri tal-ekwipaġġ ġew sospiżi. Fil-filmat jidher li waqt it-titjira (KM626) minn Milan lejn Malta sar storbju minħabba li grupp ta’ nies iddeċidew li jiċċelebraw għeluq snin wieħed mill-passiġġiera abbord l-ajruplan. Filfatt, jidher li xi persuni ħbieb tal-persuna li kien qed jiċċelebra għeluq sninu, għamlu wkoll użu mill-mikrofonu tal-ajruplan, li ssoltu jintuża mill-membri tal-ekwipaġġ sabiex jagħmlu avviżi relatati mat-titjira, sabiex iwassal ix-xewqat tiegħu u biex jinkoraġixxi lill-passiġġiera l-oħra jingħaqdu magħhom f’din iċ-ċelebrazzjoni fl-arja.
Jidher li dan l-istorbju qanqal diżappunt fost il-passiġġiera l-oħra abbord it-titjira, fosthom tħassib dwar in-nuqqas ta’ sigurtà li setgħu kienu fiha f’dak il-mument. Filfatt, skont il-gazzetta The Malta Independent jidher li l-passiġġiera kienu qed jistennew li l-membri tal-ekwipaġġ jew saħansitra l-bdot iwaqqaf dan il-festin. Madanakollu dan ma seħħx. Minflok, il-passiġġiera qalu li wara ċ-ċelebrazzjonijiet ta’ għeluq sninu, il-grupp kopla billi beda jkanta l-innu tat-tim tal-futbol taljan Juventus. Dan ukoll nissel ftit tal-biża’ fost il-passiġġiera hekk kif abbord kien hemm partitarji tat-tim avversarju Taljan, il-Milan u saħqu li faċilment setgħet tinqala ġlieda.
B’hekk filwaqt li l-Air Malta tixtieq tiżgura li kull titjira tkun memorabbli għal kull passiġġier tagħha, saħqet li huwa importanti wkoll li jinżammu l-kriterji neċessarji sabiex tiġi żgurata s-sigurtà ta’ dawk kollha abbord. Il-linja tal-ajru ħabbret li l-membri tal-ekwipaġġ se jibqgħu sospiżi sakemm isiru aktar investigazzjonijiet dwar dan il-każ.
//= $special ?>