Sport

Tenpin Bowling: Suċċess għat-tim Malti f’San Marino

It-Tim Malti tat-tenpin bowling

F’Serravalle f’San Marino fir-Rose’ n Bowl ġurnata ta’ suċċessi għat-timijiet tal-mixed doubles ta’ Malta tat-tenPin Bowling.

F’edizzjoni oħra tal-Logħob tal-istati Żgħar tal-Ewropa it-Tim A ta’ Malta magħmul minn Sue Abela u Justin Caruana Scicluna fil-finali rebħu l-medalja tad-deheb wara li għelbu lil Iżlanda. Fl-ewwel fażi il-koppja Maltija kienu wkoll kisbu l-għola punteġġ ta’ 514.

Tim B ta’ Malta magħmul minn Sara Xuereb u Mauro Anastasi rebħu l-midalja tal-bronz  mill-konfront kontra Ċipru.

F’dan il-Logħob flimkien ma’ Malta qed jieħdu sehem Lussemburgu, San Marino, Ċipru u Iżlanda.