Lokali

Ċiklist jindarab gravi f’inċident tat-traffiku

Ritratt mill-arkivji

Raġel ta’ 36 sena sofra ġrieħi gravi meta ttajjar waqt li kien riekeb rota qrib Triq il-Kosta. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-07.45 fi Triq ir-Ridott kantuniera ma’ Triq Tul il-Kosta, f’Baħar Iċ-Ċagħaq.

Jidher għal xi raġuni safa’ milqut minn vettura tat-tip Toyota Vitz li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 29 sena li joqgħod in-Naxxar.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liċ-ċiklist l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.