Il-Partiti Politiċi huma importanti għad-demokrazija. Importanti li jkunu liberi u mhux jiddependu minn xi negozjant għaliex f’dak il-kaz mhux dejjem dak il-partit ikun jista’ jieħu pożizzjoni favur il-ġid komuni. Dan qalu l-ekonomisti John C Grech waqt il-programm Iswed fuq l-Abjad.
Hawn l-ekonomista Grech semma’ kif dwar il-pożizzjoni li ħa l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil dwar l-art li ngħatat lil db group, kien sorpriż. Qal wkoll li f’dan il-każ Simon Busuttil ħa deċiżjoni morali soda.
Meta kien mistoqsi mill-preżentatur Frank Psaila dwar il-finanzjament tal-Partiti, John C Grech qal li jaqbel li l-istat jagħti s-sehem tiegħu għall-finanzjament biex jassigura d-demorazija fil-pajjiż. Dan għaliex b’hekk il-partiti ma jkunux obbligati lejn negozjanti.
Qal wkoll li f’pajjiżna għandna l-problema gravi tal-klijentaliżmu li turi nuqqas ta’ maturita minn nies li għandhom id-dritt għall-vot u għal dak id-dritt iridu xi ħaġa lura.
L-ekonomista John C Grech sostna li l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qed jagħti servizz importanti lill-pajjiż fejn tidħol politika onesta u dan propju billi qed jipprova jelimina l-mentalita’ ta’ klijenteliżmu.
Fost temi oħra diskussi waqt Iswed fuq l-Abjad kienu l-andament ekonomiku, u l-faqar f’pajjiżna.
//= $special ?>