L-irmied li qed joħroġ mill-vulkan Etna fi Sqallija wassal biex jingħalaq temporanjament l-ajruport ta’ Katanja. Dan hekk kif beda żbroff minn ħofra ġdida fil-vulkan. Żbroff li din il-ġimgħa wassal għall-feriment ta’ għaxar persuni li kienu qed iżur l-vulkan.
Minħabba l-iżbroff, l-awtoritajiet ħarġu allert beix it-titjiriet jevitaw l-ispazju tal-ajru madwar il-vulkan u għalissa qed jintuża l-ajruport ta’ Comiso f’Ragusa.
Fost l-oħrajn, ġiet affetwata t-titjira ta’ dalgħodu mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta lejn Katanja.
//= $special ?>