Roberta Metsola magħżula biex tospita l-edizzjoni tal-2017 ta’ The Parliament Magazine’s MEP Awards fil-The Concert Noble fi Brussel. Din l-edizzjoni se ssir fit-22 ta’ Marzu li ġej.
Din l-attiivta’ annwali turi x-xogħol tal-Membri Parlamentari Ewropej tul l-aħħar sena u kif ukoll tirrikonoxxi l-kisbiet tagħhom f’diversi setturi. 53 MPE ġew nominati għal dawn il-merti, fi 19 settur differenti. Fost it-53 hemm il-MPE Maltin Marlene Mizzi u Miriam Dalli.
Dr Metsola qalet li huwa t’unur għaliha li tkun ta’ sapport f’din l-attività. Tul din is-sena l-Unjoni Ewropea rat quddiem wiċċha numru ta’ sfidi, inkluż il-kunflitt tas-Sirja, attakki terroristiċi f’pajjiżi tal-Unjoni, immigrazzjoni u oħrajn, madanakollu akkost dan kollu l-2016 kienet kruċjali biex l-Unjoni ssir aktar maqgħuda bejn il-pajjiżi li jagħmlu parti minnha u ċ-ċittadini fi ħdanha.
“Hija l-isfida ewlenija tal-Unjoni hija dik tal-futur tal-UE, u huwa l-irwol ta’ kull MPE li jqajjem ħarsien għall-funzjoni tal-Unjoni Ewropea, il-valur u l-prinċipju li tassew tħaddan l-Unjoni.“
Roberta Metsola rebħet l-unur fuq il-ġustizzja u l-libertà ċivili tas-sena 2015 u dan ukoll fl-2016.
Hija tenniet li se tibqa’ tistinka fix-xogħol tagħha biex tkompli tagħmel suċċess kemm għall-UE u kif ukoll għal Malta.
//= $special ?>