Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil ilbieraħ żar il-‘Missio Fest’, maratona b’risq il-missjoni organizzata mill-Missio, li partijiet minnha xxandru fuq NET Television.
Meta kien qed jitkellem waqt din il-maratona, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil innota li fid-dinja hemm ħafna sfidi, b’ħafna nies li qed jgħixu f’sitwazzjonijiet diffiċili fejn il-ftit tagħna jista’ jbiddel ħajjet in-nies.
Qal li minkejja ċ-ċokon ta’ pajjiżna, dak li pajjiżna jista’ jagħmel huwa ferm akbar. Kien hawnekk fejn qal li kull individwu u pajjiż għandu l-obbligu li jgħin lil min hu batut.
Il-missio tagħmel numru ta’ proġetti b’risq il-missjoni. Din is-sena, il-personalità Mark Caruana se jkun qed imexxi grupp ta’ personalitajiet f’pajjiż tat-tielet dinja f’missjoni li tibda minn Malta u tispiċċa b’proġett b’risq min qed jgħix fil-faqar.
//= $special ?>