Internazzjonali

AĠĠORNATA: Raġel maqtul fi sparatura fl-ajruport ta’ Orly

Raġel maqtul wara li rreżista lil uffiċjali li jiffurmaw parti minn 'Operation Sentinelle'

Suldati Franċiżi sparaw lejn raġel u qatluh wara li daħal fl-ajruport ta’ Orly, fil-kapitali Franċiża Pariġi.

Jidher li r-raġel kien qed jipprova jieħu arma tan-nar minn idejn żewġ suldati. L-aggressur baqa’ jirreżisti, u kien f’dan il-ħin li sparaw lejh.

Mill-ewwel informazzjoni, jidher li s-suldati jiffurmaw parti mill-Operazzjoni ‘Sentinelle’ – ħidma li qed issir mill-armata fit-toroq u fl-ajruporti tal-pajjiż wara l-attakki terroristiċi tal-aħħar sentejn fuq Franża.

Sors: Twitter

L-ajruport internazzjonali ta’ Orly ġie evakwat.

Ix-xahar li għadda f’Pariġi wkoll, raġel inqatel wara li attakka Pulizija bl-użu ta’ skieken barra l-Mużew Louvre.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

L-ajruport fil-kapitali Franċiża