Dan l-aħħar, numru ta studenti li qegħdin jitħarrġu fl-studju tal-Kung fu riċentament ikkonkludew b’suċċess l-eżamijiet annwali tagħhom fil-Malta Self-Defence Academy.
Dawn l-eżamijiet saru fil-klabb li jinsab fi Fleur-De-Lys fejn kemm studenti junior kif ukoll studenti avanzati aktar sarilhom l-eżami mill-fundatur tal-klabb u Chief Instructor Sifu Mark Spiteri, li kien assistit min Sifu Daniel
L-istudenti ġew eżaminati kemm fuq t-teorija kif ukoll l-prattika ta din l-arti marzjali Ċiniża. Kull student wera numru ta’ tekniċi varji ,fosthom kicks , hand techniques, blocks differenti u movimenti koerografati (li jissejħu forms jew taolu).
Waqt l-eżami , l studenti kellhom ukoll jiddefendu ruħom minn numru ta attaki li varjaw minn holds,locks,kicks, hand strikes u attaki bl-armi. Dawn l-eżamijiet saru quddiem il-preżenza tal-istudenti kollha tal-Akkademja.
Wara dawn l-eżamijiet, il-Malta Self-Defence Academy għamel ċerimonja uffiċjali fejn lstudenti kienu ppreżentati biċ-ċintorini u ċ-ċertifikati minn Sifu Mark li kellu kliem ta tifħir għall-livell milħuq anki din is-sena. Din il-preżentazzjoni saret fil-preżenza ta’ familjari u ħbieb.
Din is-sena, fost l-studenti, kien hemm ukoll żewġ studenti avvanzati , Donald u Luigi Mallia li kienu ġġudikati u ħadu ċ-ċintorin kannella.
Waqt l-eżami tagħhom, dawn l-studenti urew sitt forom differenti , kif ukoll difiżi kontra attakanti b’armi f idejhom, kif ukoll studju ta’ punti vitali tal ġisem u ukoll psikoloġija Ċiniża. Dan kien pass important għal dawn l-studenti fl-studju tagħhom fl-arti marzjali fejn waslu f livell daqstant avvanzat.
Il-fatt li dawn l-istudenti huma missier u iben u ilhom jippratikaw flimkien għal numru ta’ snin għamel dan-avveniment aktar speċjali għall-klabb.
Dawn huma l-studenti li temmew b’suċċess l-eżamijiet
Yellow Sash – Kim Borg-Nicolas, Natalia Borg, Tristan Galea-Bonnici, Luca Vella, Tristan Cachia u Gabriella Muscat
Orange Sash – Owen Galea-Bonnici u Noileen Zammit
Green Sash –Andreas Portelli, Noel Galea, Jonathan Spagnol u Yanik Galea
Blue Sash – Neville Fenech, Sean Fenech, Luke Fenech u Joseph Galea
Brown Sash – Donald Mallia u Luigi Mallia